Preżentata White Paper Biex Ikun Hemm Sistema Iktar Ġusta Fl-Użu Tal-Kannabis

 Preżentata White Paper Biex Ikun Hemm Sistema Iktar Ġusta Fl-Użu Tal-Kannabis

Il-Gvern ippublika l-White Paper għar-riforma tal-kannabis.

Il-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar spjegat kif l-iskop huwa li tinħoloq sistema iktar ġusta għal min juża l-kannabis b’mod responsabbli.

Filwaqt li rrimarkat li l-proposti huma xprunati mis-sens ta’ ġustizzja, progress u responsabbiltà, Cutajar irringrazzjat lill-Prim Ministru Robert Abela tal-appoġġ li wera f’din ir-rifroma.

Stiednet biex waqt il-perjodu ta’ konsultazzjoni, li huwa twil sitt ġimgħat, il-poplu inġenerali jibgħat il-ħsibijiet dwar dak li qed ikun propost.

Fost il-proposti hemm li meta adult jinstab fil-pussess ta’ seba’ grammi kannabis għall-użu esklussiv tiegħu ma jkun qed iwettaq l-ebda reat, minorenni (taħt it-tmintax-il sena) li jinsabu fil-pussess jew jikkonsmaw il-kannabis għall-użu personali, ikunu soġġetti għal proċedura amministrattiva filwaqt li kull abitazzjoni residenzjali tista’ tkabbar sa massimu ta’ erba’ pjanti għall-istess abitanti u mhux għall-bejgħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com