Pulizija ‘Off Duty’ Innota Vettura Li Kienet Imfittxija…

Erbat irġiel mill-Georgia ġew arrestati wara li Pulizija off-duty mir-Rapid Intervention Unit (RIU) innota vettura li kienet imfittxija. Dan wara li lbieraħ filgħodu, Kuntistabbli ra l-vettura f’San Pawl il-Baħar, talab għall-assistenza u flimkien mal-kollegi, waqqfu l-vettura u arrestaw liż-żewġt irġiel ta’ ġo fiha.
Investigazzjonijiet mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u mid-Distrett tal-Mosta, wasslu għall-identifikazzjoni tal-vettura li ntużat f’numru ta’ serq minn residenzi.
Minn iżjed investigazzjonijiet fir-residenza tagħhom fil-Qawra, il-Pulizija arrestat liż-żewġt irġiel l-oħra u sabu diversi oġġetti misruqa.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.