“Qatt Ma Għidna Li Se Nintroduċu Xi Briedel F’Pajjiżna’ – Il-Prim Ministru Dwar ir-Riforma Tal-Prostituzzjoni
Dwar il-prostituzzjoni, il-Prim Ministru kien ċar dwar kif din tista’ ssir u li qatt ma appoġġja li se jkun hawn xi briedel f’pajjiżna. Tenna wkoll li l-ebda ‘pimp’ mhu se jkun ittollerat f’pajjiżna.
Spjega kif rimedju possibbli, mhux li titfa’ l-ħabs, persuni li jkunu għexu f’dinja hekk u ta’ prostituzzjoni minn età żgħira iżda li ngħinuhom u nifhmu r-realtajiet.
Dwar l-użu tal-kannabis, semma kif persuni jew żgħażagħ tressqu l-qorti u ċċappsitilhom anke l-kondotta minħabba li kellhom ‘joint’. Tenna li rridu nifhmu s-sitwazzjoni iżda madanakollu, ma jfissirx li se nadottaw kultura fejn kulħadd jagħmel li jrid.
“Se nippruvaw noqtlu għal kollox il-‘black market’ u l-pieni għat-traffikar, mhux se jitnaqqsu l-pieni dwaru”, tenna l-Prim Ministru.