Raġel Imut Wara Li Ċeda Saqaf Ta’ Latrina Fid-Dwejra
Ħaddiem ta’ 52 sena mix-Xewkija miet wara li dalgħodu ċeda saqaf ta’ latrina fid-Dwejra, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15am.
Jidher li fuq il-binja kienu qed isiru xi xogħlijiet, meta għal xi raġuni ċeda s-saqaf.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex.