“Rajt ‘L Ommok Titqaħħab F’Napli”.. Rebic Ta’ AC Milan Lir-referee Tal-Ħadd, Sospensjoni Ratba Wisq!

 “Rajt ‘L Ommok Titqaħħab F’Napli”.. Rebic Ta’ AC Milan Lir-referee Tal-Ħadd, Sospensjoni Ratba Wisq!

Il-Kroat ta’ AC Milan Ante Rebic weħel biss żewġ logħbiet sospiż wara li tkeċċa l-Ħadd li għadda fit-telfa tat-tim tiegħu kontra Napoli 1-0 f’San Siro.

Diversi rapporti fl-Italja kkonfermaw dak li qal il-player Kroat lir-referee tal-partita, Fabrizio Pasqua, “Rajt lil ommok titlajja mat-toroq u titqaħħab f’Napli”.

Dikjarazzjoni qawwija ħafna, dak li qal fuq il-pitch fl-aħħar ħinijiet tal-logħba l-player ta’ Milan kien ħażin ħafna, agħar minn hekk, id-deċiżjoni tal-Kummissarju tad-Dixxiplina Taljan li jweħħel lill-player żewġ logħbiet biss, kienet skandaluża.

Kliem bħal dak minn player lill-uffiċjal waqt partita qatt m’għandu jingħad u bla dubju jimmeritaħ sospensjoni ferm itwal.

Sieħeb Rebic, il-captain tat-tim, il-goalkeeper Gianluigi Donnarumma ukoll ġie dixxiplinat b’multa ta’ €10,000 wara theddid u kliem offesiv indirizzat lill-players avversarji waqt u wara l-partita li l-Partenopei rebħu 1-0 barra minn darhom b’goal fir-rokna tax-xibka skurjat minn Matteo Politano.

Daqqa għal Milan, diġa mingħajr Zlatan u Mandzukic fl-attakk, għaż-żewġ logħbiet li ġejjin fis-Serie A kontra Fiorentina u Sampdoria se jkunu ukoll mingħajr Ante Rebic, għada l-Ħamis il-logħba tal-istaġun għar-RossoNeri f’darhom jilqgħu lil Manchester United, f’konfront ta’ ritorn mill-Fażi tas-Sittax tal-UEFA Europa League.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com