Rebħiet Għal Lija, Mosta u Sliema

 Rebħiet Għal Lija, Mosta u Sliema

Fl-aħħar tlett logħbiet tas-sibt wara nofsinhar, Lija Athletic, Mosta u Sliema Wanderers ir-reġistraw rebħiet importanti kontra Sta. Lucia, Senglea Atheltic u Gzira United rispettivament.

Fil-Hibernians Stadium Lija għelbu lill Sta Lucia 3 – 1. Kien Kevin Correia li poġġa lill-Santa Lucia fil-vantaġġ wara erba minuti logħob fit-tieni taqsima bit-tim ta’ Lija jġibu l-gowl tad-draw permezz ta’ Carlos Flores fil-56 minuta. Fil-67 minuta reġa kien Flores li poġġa għal ewwel darba fil-vantaġġ lill-Lija bl-stess tim jisrkorja l-gowl tar-rebħa fil-72 minuta.

Fl-iStadium Nazzjonali Sliema r-ritornaw għar-rebħ meta għelbu lill-Gżira United 2 – 0. Juri Cisotti poġġa lill-Wanderers fil-vantaġġ fil-38 minuta biex eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima Alex Satariano jagħmel l-skor 2 – 0.

Fic-Centenary Stadium Mosta r-reġistraw rebħa importanti ta’ 5 – 1 fuq Senglea Athletic. Clayton Failla, Michael Mifsud, doppjetta ta’ Bojan Kaljevic u Johann Bezzina skurjaw għal Mostin filwaqt li Junior ġab id-draw għal Senglea.

 

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com