Ristoranti U Snack Bars Jibqgħu Miftuħin Biss Biex Jipprovdu ‘Take Aways’
Il-Gvern kien f kuntatt kontinwu dwar ix-xejriet tal-pandemija f’pajjiżna. Dan qalu l-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza minn Kastilja waqt konferenza dwar is-sitwazzjoni preżenti ta’ pajjiżna.
Tenna lil-varjant u fatturi oħra, wasslu biex kellna żieda fin-numru u għalhekk, il-miżuri tal-lum, bihom ikollna perjodu li filwaqt li nattakkaw bil-vaċċin, niddefendu b’miżuri responsabbli.
B’effet minn għada, sal-11 t’ April se jidħlu dawn il-miżħuri:
Restoranti u snack bars jibqgħu miftuħa biss biex jipprovdu ‘take aways.’ Dawn se jmorru lura fuq il-‘full wage supplement’.
Night clubs, bars u kazini jibqghu maghluqin.
Il-multa se titla’ għal €6,000. Avveniment organizzati tal-massa ipprojbiti ħlief għal tiġijiet u attivitajiet reliġjużi.
Attivitajiet fi djar privati, irid ikunu biss bejn persuni ġejjin minn 4 households differenti. Minn jikser din ir-regola, jeħel multa ta’ €100 kull persuna.
Se tiddaħħal ukoll projbizzjoni fuq ‘contact sports’ minn persuni taħt is-16-il sena u dawk il fuq minn din l-età, iridu josservaw il-protokolli li diġà hemm.
“Se nkun qed nirsisti mal-entitajiet responsabbli biex il-preżena tagħhom tintesifika biex min m’għadux ikun responsabbli, jħallas ta’ għemilu”.
Dawn il-miżuri se jkunu fis-seħħ biss għal ftit ġimgħat.
Chris Fearne tenna li ma attività ta’ barra l-iskola se jkun limitat biex anke ma jingħalqux l-iskejjel wara li dawn qabdu ritmu. “B’seħħ immedjat, il-viżti fl-isptarijiet se jkunu mwaqqfa.”