Ritratt Juri Żewġ Persuni Joħorġu Magna Tal-Ħasil Billejl Flok Iċemplu… Injoranza???
Żewġ persuni nqabdu f’ritratt minn cctv f’Raħal Ġdid joħorġu dik li tidher magna tal-ħasil (appliance) billejl. Dan meta wieħed jista’ jċempel lill-kunsill u jagħmel appuntament għall-bulky refuse.
Il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid tella’ dan ir-ritratt filwaqt li staqsa wkoll: “Huwa daqshekk diffiċli li nistennew filgħodu sabiex noħorġu l-borża s-sewda!?”
Jiddispajċina, imma inutli nsaqsu meta se nitgħallmu għaliex din tiġi injoranza!