Ritratti: 4 Irġiel Fl-Iran Maqtula Wara Li Stupraw Mara Quddiem Żewġha

Erba’ rġiel fl-Iran ġew mgħalqa talli stupraw mara fil-preżenza ta’ żewġha. Ruhollah Javidi Rad, Mohammad Sayadi Baghansgani, Mohammad Hosseini u Mohammad Watandoost ġew eżegwiti fil-Ħabs Ċentrali ta’ Mashhad wara investigazzjoni mill-awtoritajiet Iranjani. Jingħad li l-mara ġiet stuprata brutalment, u r-raġel kien marbut u suġġett għal theddid ta’ vjolenza.
L-Iran huwa wieħed minn sitt pajjiżi fid-dinja li jagħtu piena ta’ mewt lil dawk akkużati bi stupru.