Sibtu Ħamrija Dalgħodu Fil-Btieħi U l-Parapett? Araw Għaliex.

Dan kien riżultat ta’ ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa minn fuq it-Tuneżija li resqet viċin tal-gżejjer Maltin.
Ħafna ramel mid-deżert u ftit xita kif kien previst fil-ħin li għadda, b’temperatura massima pjuttost sħuna ta’ 20°C matul l-ewwel jum tar-rebbiegħa, illum 20/3.
Kollox se jinbidel mil-lum il-Ħadd 21/3, hekk kif se jdur ir-riħ u t-temp jiksaħ f’daqqa. Roqgħa instabbli fuq it-Tuneżija (ara ċirku iswed) se tgħaddi viċin ħafna tal-gżejjer Maltin għada filgħodu.
