Skema Li Tinċentiva T-Telework Fost L-Għawdxin Li Jaħdmu Malta

 Skema Li Tinċentiva T-Telework Fost L-Għawdxin Li Jaħdmu Malta

Fost id-diversi skemi li tħabbru f’dawn l-aħħar jiem b’rabta m’ Għawdex kien hemm il-‘Gozo Teleworking Scheme’.

Minn din l-iskema se jibbenefikaw il-kumpaniji bbażati f’Malta li joffru lill-ħaddiem jew lill-ħaddiema Għawdxin il-faċilità ta’ teleworking, sa massimu ta’ 10 ħaddiema fis-sena għal kull kumpanija.

Il-Ministru Clint Camilleri spjega li l-fond se jkun qed joffri inċentivi finanzjarji fuq żewġ binarji.

L- ewwel se jkun rimborż parzjali ta’ 75% sa massimu ta’ €850 fuq spiża t’ apparat teknoloġiku għal kull impjegat u t-tieni rimborż tas-salarju se jkun sa massimu ta’ €10,000 fuq medda ta’ 3 snin (li jkunu offruti fuq bażi pro-rata skont l-ammont ta’ ġranet fil-gimgħa li l-impjegat ikun assenjat telework).

Barra minn hekk, dawk il-kumpaniji li joffru l-faċilità ta’ telework fit-tul, se jkollhom rimborż annwali hekk kif ġej: fl-ewwel sena massimu ta’ €3,000, fit-tieni sena massimu ta’ €3,000 u fit-tielet sena massimu ta’ €4,000.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com