Stqarrija Mir-Reġina Eliżabetta Titqies Bħala Waħda Miktuba Bi Ħsieb

 Stqarrija Mir-Reġina Eliżabetta Titqies Bħala Waħda Miktuba Bi Ħsieb

Wara l-intervista ta’ Harry u Meghan ma’ Oprah Winfrey li fiha l-koppja stqarrew id-diffikultajiet li esperjenzaw fi ħdan il-familja rjali, kien imiss Buckingham Palace li joħroġ l-istqarrija tiegħu f’isem il-familja rjali.

Spiss, il-pubbliku jirreferi għal stqarrijiet bħal dawn bħala li ġejjin mir-Reġina minħabba li hi fit-tmun tal-familja, għalkemm l-istqarrija hija maħruġa f’isem il-Familja Rjali b’mod sħiħ.

Din tgħid li l-familja kollha tinsab imnikkta b’dak li ntqal dwar dak li għaddew minnu l-koppja u li jinsabu nkwetati anke dwar kwistjonijiet ta’ razza li tqajjem minn Meghan.

Intqal ukoll li din il-kwistjoni se tkun indirizzata privatament u li Harry u Meghan jibqgħu dejjem milqugħa fi ħdan il-Familja Rjali.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com