Stupra Mara, Ingħata L-Ħelsien U Ħarab Minn Malta
Il-Europol qed tgħin lill-pulizija Maltija tfittex lil El Herzi li hu mixli li stupra mara f’Malta u ħarab wara li tressaq il-qorti.
Allegatament, huma ltaqgħu it-tnejn l-Italja u ġab lill-mara miegħu f’pajjiżna fejn stupraha. Madanakollu, El Herzi qed jiċħad dawn l-akkużi.
Hu kien miżmum taħt arrest u aktar tard, ingħata l-ħelsien mill-arrest tant li ħalla pajjiżna.