Tibda L-Kumpilazzjoni Tax-Xhieda Kontra Brian Tonna, Karl Cini u Impjegati Ta’ Nexia BT Mixlija B’Ħasil Ta’ Flus

Quddiem il-Maġistrat Donatello Frendo Dimech, dalgħodu bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Brian Tonna, Karl Cini, Katrina Bondin Carter, u Manuel Castagna li kien parti mill-kumpanija Nexia BT.
Huma tressqu l-Qorti s-Sibt li għadda u fost oħrajn ġew mixlija bi frodi, korruzzjoni u ħasil ta’ flus.
Flimkien magħhom tressqu 7 persuni oħra, fosthom l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri li l-kumpilazzjoni tiegħu tibda għada.
Brian Tonna, Karl Cini, Katrina Bondin Carter, u Manuel Castagna illum mistennija jerġgħu jitolbu għall-ħelsien mill-arrest.