Tim Nazzjonali – Mil-Lejla Lura Għar-Realta Wara L-Ewforija Tan-Nations League
It-Tim Nazzjonali Malti lura fl-azzjoni bl-ewwel impenn tas-sena 2021.
Waqt li l-isport kollu għadu wieqaf milli jiġi prattikat minħabba l-legal notice sal-11 t’April, l-Awtoritajiet tas-Saħħa eżentaw mhux il-Futbol iżda mpenji fejn atleti Maltin kienu diġa skedati li jirrapreżentaw lil pajjiżna fuq livell internazzjonali u kompettitiv, tul id-durata ta’ din is-sospensjoni mill-attivita.
It-Tim Nazzjonali Malti llejla jospita lir-Russja fl-Istadium Nazzjonali, qabel żewġ impenji ‘away’ kontra s-Slovakkja nhar is-Sibt u kontra l-Kroazja t-Tlieta tal-ġimgħa d-dieħla.
Impenn triplu għal Malta, l-ewwel logħbiet minn Grupp H ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja s-sena d-dieħla, Qatar 2022.
Taħt il-gwida tal-kowċ Devis Mangia u l-istaff tiegħu l-players Maltin ilhom għal dawn l-aħħar jiem jitħarrġu għal dawn il-logħbiet diffiċli.
Logħbiet li fihom, waqt li nawguraw riżultati tajbin u l-progress li nbeda, issa jitkompla.. wieħed ta’ min iżomm f’moħħu li din il-kompetizzjoni mhijiex il-UEFA Nations League.
Il-Grupp li se jibda llejla u li jinkludi ukoll is-Slovenja u Ċipru huwa kompost minn Nazzjonijiet b’saħħithom u superjuri fil-livell li mhux talli se jippruvaw jikkwalifikaw għall-akbar manifestazzjoni mhux ta’ futbol, iżda sportiva fid-dinja s-sena d-dieħla fil-Lvant Imbiegħed, talli fil-grupp tagħna hemm min saħansitra irid imur pass oltre mill-aħħar parteċipazzjoni fil-fażi finali u allura dan ifisser li jsir Champion tad-Dinja.
Fl-aħħar edizzjoni fir-Russja 2018, il-Kroazja (l-avversarji tagħna f’Rijeka nhar it-Tlieta), filfatt tilfu fil-finali 4-2 kontra Franza, biex dawn tal-aħħar, ‘Les Bleus’ ġew dikjarati Champions tad-Dinja, kif għadhom sa issa.
Importanti iżda li l-players Maltin ma’ jinġarrux mill-emozzjonijiet ta’ dawn il-logħbiet kbar u diffiċli, l-momentum li qbadna fil-parteċipazzjoni fil-UEFA Nations League lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, il-progress, il-personalita, s-saħħa mentali, karattru u filosofija li qed jaddotta l-kowċ preżenti, kienu ftit mill-ingredjenti li fl-aħħar kompetizzjoni wassluna pass biss bogħod minn Kwalifikazzjoni u suċċess storiku.
Altru mill-spiċċajna l-aħħar, kif kien ikun hemm min jipriedka u jogħxa jarana fl-aħħar post, kif nawguraw li le imma probabilment jerġa jiġri f’din il-kompetizzjoni li ser tibda llejla.
Issa r-realta nbidlet u l-avversarji f’din il-kompetizzjoni huma ferm itqal, iżda l-players Maltin jinsabu konvinti u determinati li jippreservaw u fejn hemm bżonn isaħħu aktar il-progress tal-aħħar xhur.
Fil-UEFA Nations League li għaddiet bejn Settembru u Novembru li għadda, Malta kisbet żewġ rebħiet (Latvia away u Andorra home), tliet draws (Andorra away, Latvia u Faroe Islands home) u telfa waħda biss (Faroe Islands away).
Riżultati li wasluna għat-tieni post fil-Grupp u niżżlu, nittamaw darba għal dejjem, lil dawk li minn fuq il-pulptu kienu kontinwament jgħidu li t-Tim Nazzjonali ta’ pajjiżna huwa l-agħar fost il-ħżiena tal-Ewropa.
Dak l-ostaklu (ma’ pajjiżi tamparna), issa jidher li għelibniħ, mhux biżżejjed madankollu, issa rridu nibdew nagħtu wirjiet denji u fejn hemm bżonn kurraġjużi, niskurjaw u possibilment niksbu l-punti f’dan il-grupp tal-World Cup.
Fuq kollox dawn is-sitt logħbiet iebsin aktar minn kollox għandhom iservu bħala preparazzjoni għan-Nations League li jmiss u possibilment, bħal mal-Kroazja f’dil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja se jippruvaw jagħmlu pass ieħor il-quddiem u jsiru Champions tad-Dinja s-sena d-dieħla fil-Qatar, anke aħna għandha objettiv ċar, li fil-grupp li jmiss tal-UEFA Nations League nibqgħu naħdmu, l-players tagħna jibqgħu motivati u determinati li nilħqu dak l-objettiv, ambizzjuż iżda rejalistiku, li niġu l-ewwel u nikkwalifikaw minn dak il-grupp, biex b’kuntrarju għat-titlu ta’ dan l-artiklu…
…. Is-suċċess fll-aħħar edizzjoni tan-Nations League bejn Settembru u Novembru li għadda ma’ jkunx ‘one off’ u ewforija żejda u ta’ darba, iżda realta li dan il-pajjiż ċkejken b’passjoni kbira lejn il-logħba tal-ballun, jixraqlu u għandu jibda jgħixha konsistentament.
Sa dak iż-żmien fadal ħafna, għalissa niffukaw fuq din il-kompetizzjoni l-ġdida tat-Tazza tad-Dinja u dawn it-tliet logħbiet dil-ġimgħa, nibdew mil-lejla f’darna kontra l-qawwa Russa… FORZA MALTA!!!.. KURAĠĠ BOYS!!!.