UCL – City u Real Jagħmluha…..Ilejla Min?
Illejla jkompli l-logħob mill-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League bil-Ġermaniżi ta’ Bayern Munich jilqaw f’darhom lil Lazio f’logħba li qed titqies bħala formalita wara r-rebħa komda barra minn darhom għal Bayern fl-ewwel leg bl-skor ta’ 4 – 1.
It-tim mill-kapitali Taljana irid jiskorja xejn anqas minn erba gowls biex jagħmila għar-rawnd li jmiss, xi ħaġa li qed titqies bħala diffiċli ħafna mill-analisti tal-futbol. Il-kowċ ta’ Bayern Munich Hans-Dieter Flick mistenni jserraħ numru ta’ plejer għal din il-partita. Il-konfront se jkun ikkontrollat mir-Rumen István Kovács.
Konfront ieħor li jintlagħab illejla huwa dak f’Stamford Bridge bejn Chelsea u Atletico Madrid, partita li għada miftuħa għal kull tim wara li fl-ewwel leg Chelsea kienu rebħu barra minn darhom 1 – 0.
Jorginho u Mason Mount huma sospiżi għal blues filwaqt li Thiago Silva u Tammy Abraham huma barra minħabba injuries. Min naħa l-oħra l-Spanjoli mistennija li jkollhom lura fl-iskwadra lill-Kieran Trippier, Yannick Carrasco u Jose Gimenez li kollha tilfu l-ewwel leg. Il-konfront se jkun ikkontrollat mit-Taljan Daniele Orsato.
Iż-żewġ partiti jibdew fil-21.00.
Sadinitant ilbieraħ Manchester City u Real Madrid għamluha għar-rawnd li jmiss wara li għelbu lill-Borussia M’gladbach u lill-Atalanta 2 – 0 u 3 – 1 rispettivament. It-tim ta’ Guardiola kienu dominanti fiż-żewġ legs fejn rebħu darbtejn 2 – 0 filwaqt li Real Madrid ħallew kollox għal bieraħ wara li fl-ewwel leg rebħu 1 – 0.
Ritratt: CBS Sports