Vapur ‘Maqtugħ’ Minn Fuq Wiċċ L-Ilma…
Ċertu David Morris ħa ritratt ta’ vapur li jidher qisu maqtugħ mill-baħar.
Mal-BBC, il-meteorologu David Braine qal li dan kien riżultat ta’ kundizzjonijiet atmosferiċi speċjali li permezz tagħhom, id-direzzjoni tad-dawl tinbidel.
Qal li dan huwa fenomenu komuni fl-Artiku, iżda f’sitwazzjonijiet rari, iseħħ ukoll fir-Renju Unit matul ix-xitwa.
Ġieli rajtu xi ħaġa bħal din?
Ritratt: David Morris / Apex