Wara Xahrejn, Miljuni Ta’ Tfal Lura L-Iskola…
Wara xahrejn ta’ tagħlim mid-dar, miljuni ta’ tfal irritornaw l-iskola fl-Ingilterra. L-iskejjel primarji kollha fil-pajjiż fetħu għall-istudenti filwaqt li l-istudenti ta’ età sekondarja, qed imorru lura lejn l-iskola b’mod gradwali.
Dawn l-istudenti jridu jieħdu testijiet rapidi regolarment għall-Covid-19 waqt li wkoll iridu jilbsu l-maskri waqt il-lezzjonijiet fil-klassi.
Boris Johnson, il-Prim Ministru Ngliż tenna li dan jitqies bħala l-ewwel pass importanti lejn in-normalità wara żmien ta’ inċertezza anke wara li żviluppa l-varjant Ingliż.
Ritratt: www.thenews.com.pk