Wirja ta’ karattru, veloċita, kunfidenza u siegħa b’raġel anqas iżda Porto jagħmluha.. Juventus eliminati

 Wirja ta’ karattru, veloċita, kunfidenza u siegħa b’raġel anqas iżda Porto jagħmluha.. Juventus eliminati

UEFA Champions League

Porto fil-Kwarti tal-Finali, Juventus eliminati għal darb’oħra fi stadju bikri tal-kompetizzjoni li ilhom jissieltu għalija dawn l-aħħar ĦAMSA U GĦOXRIN SENA.

Rebħa ta’ 3-2 wara l-ħin barrani għal Juventus mhux biżżejjed f’logħba nkredibbli f’Turin, biex Porto b’aggregate skor ta’ 4-4 ikkwalifikaw bil-goal ‘away’ jgħodd doppju.

Porto fil-vantaġġ kmieni, fit-tieni taqsima tad-90 minuta Juventus trasformati, dawru l-partita b’Federico Chiesa l-aħjar player għat-Taljani, Cristiano Ronaldo kważi ineżistenti.

Porto b’raġel anqas fl-54 minuta, b’hekk lagħbu b’inferjorita numerika b’kollox 75 minuta, iżda l-karattru li urew kien impressjonanti, biex marru għal-ħin barrani, baqgħu żvelti, veloċi, agressivi u dixxiplinati, fid-difiża mmexxija minn leader bħal Pepe li fl-eta ta’ 38 sena, l-ex Real Madrid għadu fost l-aqwa u l-aktar difensuri t’esperjenza fil-Futbol Ewropew, kulħadd kien qed jistenna kollass fiżiku ta’ Porto fit-tletin minuta addizzjonali, li iżda fihom saħansitra skurjaw, risposta mmedjata Juventina bit-tielet goal li reġa fetaħ il-konfront beraħ, iżda ma’ kienx fadal ħafna ħin u għalkemm tilfu din il-partita ta’ ritorn, Porto kkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni.

L-Ewwel Leg tliet ġimgħat ilu 2-1 għal Porto fid-Dragao tal-Portugall, rebħa 1-0 għal Juventus kienet tkun biżżejjed, iżda Porto fil-vantaġġ minn penalty ta’ Sergio Oliveira, żewġ goals sbieħ kmieni fit-tieni taqsima minn Federico Chiesa taw tama ġdida liċ-Champions Taljani, bejniethom it-tkeċċija għal double yellow card f’żewġ minuti għall-attakkant ta’ Porto Mehdi Taremi.

Kollox għat-tela’ għaċ-Champions Portugiżi li iżda żammew id-dixxiplina, perfetti fid-difiza u bil-veloċita ta’ Sergio Oliveira u Jesus Corona bdew minn ħin għal ħin jitfgħu lid-difiża avversarja taħt pressjoni.

Reġa kien Sergio Oliveira li bi frikik b’saħħtu min 25 metru bogħod għeleb lill-goalkeeper Wojciech Szczesny ħames minuti minn tmiem il-ħin barrani, issa Juventus riedu żewġ goals, iżda ġabu wieħed żewġ minuti wara minn Adrien Rabiot, Juventus mill-ġdid fil-vantaġġ fis-serata tal-lejla f’Turin, iżda mhux biżżejjed għax iż-żewġ goals ‘away’ għal Porto kienu biżżejjed biex avvanzaw għall-Kwarti Finali u Juventus eliminati mill-ġdid f’din il-fażi bikrija tal-kompetizzjoni wara li ġralhom l-istess, ukoll kontra dak mistenni l-istaġun li għadda kontra l-Franċiżi Olympic Lyon.

Skor finali f’Turin f’logħba li tħallik bla nifs, Juventus 3-2 Porto, aggregate 4-4, Portugiżi kkwalifikaw bil-goal ‘away’ jgħodd doppju.

Ikkwalifikaw ukoll Borussia Dortmund, draw ta’ 2-2 f’darhom kontra Sevilla, wara li l-Ġermaniżi rebħu fi Spanja 3-2 tliet ġimgħat ilu, għal aggregate skor ta’ 5-4 favur Dortmund.

2-2 it-Tlieta, doppjetta tas-solitu Erling Braut Haaland u ‘cushion’ għal Dortmund, iżda l-holders tal-UEFA Europa League Sevilla pruvaw jagħmlu reazzjoni, wettquha iżda mhux biżżejjed għal goal wieħed, skurjaw minn doppjetta ta’ Youssef En-Nesyri, dan it-2-2 illejla biżżejjed għal Borussia Dortmund biex ingħaqdu ma’ Porto fil-Kwarti Finali tal-UEFA Champions League.

L-Erbgħa żewġ logħbiet oħra, f’Budapest, Liverpool jiltaqgħu kontra RB Leipzig, Paris St. Germain mill-ġdid mingħajr Neymar kontra Barcelona, Livepool u PSG favoriti li javvanzaw anke wara r-rebħiet komdi ‘away’ li kisbu fid-disgħin minuta tal-Ewwel Leg.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com