Żewġ Pajjiżi B’Jum Iddedikat Għall-Ħaddiema Kollha
Il-ħaddiema kollha jieħdu pjaċir meta min iħaddimhom juri apprezzament lejhom għax-xogħol li jkunu għamlu.
L-Istati Uniti u l-Kanada għandhom vaganza uffiċjali għal dan il-għan, u tiġi ċċelebrata l-ewwel Ġimgħa ta’ Marzu. Din is-sena saret propju llum.
L-iskop ta’ din il-vaganza huwa li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-ħaddiema u min iħaddem.
Minkejja li f’Malta din il-ġurnata mhix iċċelebrata, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar irringrazzja lill-ħaddiema tiegħu u dawk kollha li jagħtu servizz lill-Kunsill b’xi mod jew ieħor.