172 Immultati Għax Kisru R-Regoli Ta’ Kemm Jistgħu Jinġabru F’Residenza

 172 Immultati Għax Kisru R-Regoli Ta’ Kemm Jistgħu Jinġabru F’Residenza

Fil-ġimgħa tal-Għid l-uffiċjali tal-infurzar ħarġu 1,880 multa relatati mar-regoli tal-Covid-19.

Ċifri ppubblikati fuq il-paġna ta’ Facebook Covid-19 Malta, matul il-ġimgħa li għaddiet 1,222 kienu mmultati minħabba l-maskra. L-uffiċjali tal-infurzar ħarġu wkoll 473 multa fil-konfront ta’ persuni li kienu fi gruppi ta’ aktar minn tnejn.

172 persuna kienu mmultati għax fl-istess residenza kien hemm persuni minn aktar minn żewġ households. Dan seħħ wara li uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija daħlu jispezzjonaw ir-residenzi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com