663 Multa Għal Min Ma Kienx Liebes Il-Maskra

 663 Multa Għal Min Ma Kienx Liebes Il-Maskra

Total ta’ 1,137 multa ngħataw mill-awtoritaijiet matul il-ġimgħa li għaddiet. Dan hekk kif numru ta’ persuni nqabdu jiksru l-miżuri b’rabta mal-COVID-19.

663 multa, iġifieri l-maġġoranza, ngħataw hekk kif il-persuni kkonċernati ma kinux lebsin il-maskra.

Barra minn hekk, 330 multa ingħataw lil nies li kienu iżjed minn kemm suppost fi gruppi fil-pubbliku.

Dan filwaqt li 125 persuna kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn kemm jippermettu l-liġijiet.

Intant, tliet stabbilimenti ngħataw multa wara li kisru l-kundizzjoni tal-istabbilimenti, filwaqt li 16-il persuna kienu mmultati €10,000 kull wieħed wara li ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com