ARA: Bħal-Lum Xahar Il-Finali Tal-Eurovision; Il-Palk Lest!

Xahar biss il-bogħod mill-finali tal-Eurovision Song Contest, il-palk f’Rotterdam jinsab kważi lest biex ftit jiem oħra, il-kantanti, inkluż Destiny f’isem Malta, jibdew il-provi.
Din is-sena l-ewwel serata finali se ssir fit-18 ta’ Mejju u t-tieni semi-finali fl-20 ta’ Mejju u l-finali fit-22 ta’ Mejju. Din is-sena l-Eurovision se jkun qed isir b’differenza minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 waqt li tħabbar li se jsir esperiment u fis-serati se jkun hemm udjenza ta’ 3,500 persuna li jkunu t-testjati qabel.
Id-disinn tal-palk juri li l-ispazju tal-palk huwa ikbar mis-soltu u dan minħabba li l-udjenza mhux se tkun iffullata kif tkun issoltu.