Araw X’Għamlu F’San Lawrenz Biex Jitnaqqas L-Użu Tal-Plastik

 Araw X’Għamlu F’San Lawrenz Biex Jitnaqqas L-Użu Tal-Plastik

Il-Komunità ta’ San Lawrenz f’Għawdex, spiss tkun minn ta’ quddiem għal ideat innovattivi. Din tal-aħħar hija idea brillanti li ta’ min ifaħħarha.

Is-Sindku ta’ San Lawrenz Noel Formosa tella’ ritratti ta’ kontenituri mimlijin bid-deterġent tal-ħasil, fejn persuni jmorru bil-kontenitur tagħhom u sempliċiment jimlew fihom.

B’hekk ikun qed jitnaqqas ammont kbir ta’ kontenituri li fih jinbiegħ id-deterġent u li bla dubju, wara li jispiċċa, dan jispiċċa mormi fiż-żibel.

L-inizjattiva ttieħdet minn ‘Central Store’ fil-pjazza tar-raħal. Formosa faħħar lis-sid Raymond Cauchi għal din l-inizjattiva.

Minn Stradarjali.com, nawgurawlkom li tkun suċċess!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com