Bejn it-Tlieta U L-Erbgħa Jirritorna l-UEFA Champions League Bil-Kwarti Finali

 Bejn it-Tlieta U L-Erbgħa Jirritorna l-UEFA Champions League Bil-Kwarti Finali

Jidħol fl-isbaħ fażi tiegħu l-UEFA Champions League bl-ewwel legs tal-erba’ Kwarti tal-Finali.

It-Tlieta, Manchester City jilqgħu lil Borussia Dortmund, Real Madrid kontra Liverpool huwa dwell dirett bejn tnejn minn fost it-timijiet l-aktar ta’ suċċess f’din il-kompetizzjoni prestiġġjuża.

L-Erbgħa, iċ-Champions renjanti Bayern Munich jospitaw lil Paris St Germain f’repetizzjoni tal-finali tal-istaġun li għadda, Porto kontra Chelsea ukoll mistenni jkun dwell ieħor interessanti.

Il-logħbiet ta’ ritorn u li jiddeterminaw l-erba’ semifinalisti jintlgħabu l-ġimgħa d-dieħla.

Sadanittant, il-Ħamis l-erba’ kwarti finali l-ewwel legs tal-UEFA Europa League.

Dinamo Zagreb wara li ħasdu u eliminaw lil Tottenham, jiltaqgħu kontra Villarreal, Ajax jospitaw lil Roma f’Amsterdam, Arsenal favoriti kontra Slavia Praga u Granada kontra l-favoriti li jgħollu din it-tazza dan l-istaġun, Manchester United.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com