“Bħal-Lum Malta Ngħatat L-Ewwel Kostituzzjoni Awtonoma” – Owen Bonnici
Il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija Wara COVID-19 Dr Owen Bonnici fakkar fl-għotja tal-ewwel kostituzzjoni tal-awtonomija li ngħatat lil pajjiżna bħal-lum 14 t’April tal-1921.
Din kienet magħrufa bħala s-‘Self Government’ li tat lok biex għall-ewwel darba, il-poplu Malti beda jkollu ftit tmexxija f’idejh. Fosthom kellu t-tmexxija tal-posta, li f’dak iż-żmien, kienet importanti mmens.
Malta kellha żewġ Gvernijiet; dak magħruf bħala l-Gvern Malti li kellu jieħu ħsieb l-affarijiet lokali u l-ieħor kien il-Gvern Imperjali li kellu jieħu ħsieb l-“affarijiet rizervati”. Kellna wkoll żewġt ikmamar; l-Assemblea Leġislattiva u s-Senat.
“Insellem lil missirijietna li dejjem ħabirku għal Malta aħjar, specjalment l-eroj li ċarċru demmhom għal pajjiżna”, temm jgħid il-Ministru Bonnici.