“Biddlu D-Diska Għax Il-Mużika Mhix Tintgħoġob!”
L-avukat Roselyn Borg Knight saħqet fuq Facebook li s-surveys li ġew ippublikati fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet urew biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista mhux jattira votanti ġodda u lil dawk li nqatgħu minn mal-istess Partit matul is-snin.
Qalet li l-kwistjoni ta’ dan kollu mhix il-Kap preżenti Bernard Grech, iżda l-fatt li l-Partit Nazzjonalista qed juża retorika antika li l-messaġġ tagħha mhux qed jaffettwa liż-żgħażagħ.
Dan filwaqt li dawk li tbiegħdu minn mal-Partit Nazzjonalista mhux se jirritornaw, għax ir-raġunijiet għala telqu fil-passat għadhom hemm.
Borg Knight, li fl-2019 ikkontestat l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista sostniet li hemm bżonn ta’ policies ġodda u uċuh rilevanti.
Ritratt: Roselyn Borg Knight / Facebook