Bil-Bini Tal-Ewwel ‘Soundstages’, Malta Se Tattira Aktar Produzzjonijiet Tal-Films

 Bil-Bini Tal-Ewwel ‘Soundstages’, Malta Se Tattira Aktar Produzzjonijiet Tal-Films

Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech qed jorganizza u jipparteċipa f’numru ta’ laqgħet li qed isiru mal-crew tal-industrija tal-films ta’ Malta, bl-intenzjoni li jkompli jisma’ l-istejjer tagħhom u l-ħsibijiet tagħhom.

Grech qal li dawn il-laqgħat qed isiru hekk kif bħala kummissjoni tal-films qed taħdem biex f’Malta ikollna industrija tal-films li taħdem matul is-sena kollha, u mhux waħda staġjonali. Semma kif fl-ewwel xhur tal-2021, Malta diġà rnexxiela tattira 7 produzzjonijiet differenti.

“Qiegħdin naħdmu sabiex noħolqu industrija tal-films sostennibli, fejn l-opportunitajiet ikunu għal kulħadd”, tenna Grech. filwaqt li saħaq li bl-implimentazzjoni tal-Masterplan; mniedi ftit xhur ilu, kif ukoll il-bini tal-ewwel soundstages f’pajjiżna, Malta se tattira akar produzzjonijet minn qatt qabel.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Clayton Bartolo qal li l-Gvern kommess sabiex ikompli jinvesti fil-faċilitajiet tal-Malta Film Studios, bil-bini tal-ewwel soundstages f’pajjiżna. Il-Ministru tenna li waqt l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena, Malta attirat 3 produzzjonijiet li ħallew mat-18-il miljun fl-ekonomija, filwaqt li inħolqu aktar minn 1,000 impjieg.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com