Bil-Filmat: Bjorn Formosa Għandu Messaġġ Għas-Segwaċi Ta’ StradaRjali.com

 Bil-Filmat: Bjorn Formosa Għandu Messaġġ Għas-Segwaċi Ta’ StradaRjali.com

Inti tista’ tgħin lil Bjorn Formosa jiftaħ it-tieni dar għall-persuni b’ALS. Issa wasal il-mument biex din il-ħolma ssir realtà; proġett li se jgħin persuni bl-ALS u mard newroloġiku ieħor.

Tul dawn is-snin Bjorn, Maria u tim ta’ voluntiera dejjem raw kif jistgħu biex jorganizzaw attivitajiet biex jinġabru flus. Il-proġett ta’ DAR Bjorn il-ġdida li tinsab f’Ħaż-Żebbuġ miexi ġmielu u jonqos l aħħar ftit sforz biex jinġabru l-fondi ħalli jkunu nistgħu jimlew id-dar  b’għamara, tgħammir eletroniku u kull tip ta’ furnishings li hemm bżonn.

Id-dar ser tkun mgħammra bl-aqwa teknoloġija sabiex pazjent b’ALS ikun jista’ jgħix b’mod indipendenti kemm jista’. Din id-dar ser ikollha faċilitajiet ta’ indoor pool sabiex jintuża bhala  terapija kif ukoll ser ikun hemm kappella biex ikun hemm funzjonijiet reliġjużi u gym biex iservi ta’ eżerċizzju għar-residenti. Din id-dar ser tiffaċilta l-ħajja ta’ ħafna pazzjenti b’ALS.

L-aħħar maratona ta’ ġbir ta’ fondi għal din id-dar ser issir nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru bl-isem ‘926 to finish’. Fejn 9 jirrapreżenta x-xahar tal-avveniment, u 26 hija d-data. L-isem jirrapreżenta s somma ta’ kemm fadal jinġabru flus sabiex DAR Bjorn il-ġdida tkun possibli.

Il-lista ta’ persuni li qed jistennew b’ħerqa kbira li din id-dar ser tinfetaħ ma tispiċċa qatt. Il-pazjenti kollha li qed jitolbu l-għajnuna minn ALS Malta qedgħin jiġu provduti tgħammir  elettroniku u servizzi ta’ kura u terapiji b’xejn. Bħalissa ALS Malta qed tgħin ‘il fuq minn 200 pazjent madwar Malta u Għawdex.

Il-proġett ta’ DAR Bjorn ser ikun qed jiswa €5.5 miljuni li minnhom 85% diġa ġew miġbura, grazzi għall-maratoni li għamilna tul is-snin, attivitajiet żgħar u bejgħ ta’ prodotti minn  www.maltaoutlet.com

Kull qattra tgħodd biex tinfetaħ din il-binja li ser tkun id-dar ta’ pazjenti li ħaqqhom jgħixu ħajja aħjar.

Tista’ minn issa tgħin lil ALS Malta tkompli tgħin lil aktar pazzjenti billi;

Iċċempel fuq:
5170 2016 – Euro 15 
5100 2017 – Euro 20 
5180 2018 – Euro 25
 
Tibgħat SMS:
5061 9271 – Euro 11.65 
5061 8936 – Euro 6.99 

Jew tibgħat donazzjoni bil-BOV Mobile pay fuq in-numru 79096249 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com