Bil-Filmat: Dar Tal-Anzjani Ġdida Li Għażlet L-Innovazzjoni Biex Igawdu R-Residenti
Il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija Wara COVID-19 Dr. Owen Bonnici ftit ilu żar Dar tal-Anzjani f’Ħal Tarxien li waslet biex tinfetaħ għall-pubbliku u li ħaddnet l-innovazzjoni fiċ-ċentru tal-ħsieb tagħha.
Permezz ta’ din l-innovazzjoni, se jkun provdut servizz aħjar lir-residenti futuri ta’ din id-dar fejn per eżempju, permezz ta’ arloġġ li jingħata lir-residenti, huma jkunu jistgħu jitolbu l-għajnuna filwaqt li jimmarka l-post li jkunu fih, eżempju fil-kurridur jew fil-kamra tagħhom.
“Ejja flimkien nibnu ekosistema robusta ta’ innovazzjoni …. ħalli flimkien noħolqu futur aħjar!”, temm jgħid il-Ministru Bonnici.
Ritratti: Vince Piscopo