Bil-Filmat: Dun Victor Jitkellem Għall-Ewwel Darba Il-White Paper Tal-Ħaxixa

 Bil-Filmat: Dun Victor Jitkellem Għall-Ewwel Darba Il-White Paper Tal-Ħaxixa

Għall-ewwel darba, Dun Victor Grech il-fundatur tal-Caritas f’Malta u pijunier fil-ġlieda kontra d-droga tkellem dwar il-white paper tal-ħaxixa f’intervista esklussiva ma’ Peppi Azzopardi fuq Xarabank online.

Fl-intervista, Dun Victor li għandu 91 sena wissa li r-riforma tal-kannabis se tiftaħ il-bieb biex in-nies ikabbru pjanti kbar, aktar milli l-liġi tippermetti.

Dun Victor sostna li l-proposti li jippermettu l-kultivazzjoni ta’ 4 pjanti tal-kannabis u l-ġarr sa massimu ta’ 7 grammi barra, ma jikkunsidrawx il-konsegwenzi li din id-deċiżjoni ġġib magħha.

Dun Victor żied jgħid li jekk ikollok pjanta li tkabbar sa żewġ kilogrammi, dan iffiser li joħorġu 570 joint.

Dun Victor għandu esperjenza ta’ 42 sena fis-settur tad-droga u kien hu stess li 42 sena ilu wissa li f’Malta kienet ser tidħol id-droga, ferm qabel intebbħu l-awtoritajiet.

Ara l-intervista sħiħa f’dan il-link.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com