Bil-Filmat: Fejn Marru L-Parteċipanti Ta’ Liquorish Din Is-Sena?

Fid-dawl tal-pandemija u r-restrizzjonijiet relatati mas-safar, din is-sena kien hemm mistoqsija kbira dwar jekk Liquorish hux se jkun qed isir bħas-soltu jew le.
Iżda ftit tal-ġimgħat ilu, t-tim ta’ Liquorish ikkonferma li din is-sena l-avventura se tkompli u ser tkun qed issir bl-istess mod bħas-snin ta’ qabel, biż-żieda ta’ diversi swab tests fost il-parteċipanti u l-krew, qabel telqu, waqt l-avventura u wara.
Intant, ftit tal-jiem ilu ħareġ filmat li juri siltiet mill-avventura ta’ din is-sena.
Fejn taħseb li se marru l-parteċipanti ta’ Liquorish din is-sena? Ħalli l-kumment tiegħek bħala kumment fuq il-post ta’ Facebook.