Bil-Filmat: Għar Tar-Raba’ Seklu Mimli Arkati U Pilastri
Għar Kati – l-isem fittizju li Conrad Neil Gatt ta lill-għar li esplora riċentament fil-limiti tar-Rabat.
Dan l-isem huwa inspirat mill-ammont kbir ta’ pilastri u arkati tal-ġebel li jinsabu fl-istess għar.
Id-daħla li daħal minna Conrad kienet tinqasam f’żewġ passaġġi, li sussegwentament infetħu f’iktar passaġġi.
Skont l-informazzjoni li kiseb dwar l-għar, jidher li dan huwa ta’ żmien ir-raba’ seklu, fl-era tar-Rumani u l-Biżantini.
Conrad innota li l-għar huwa maqsum fuq tliet livelli, u jifforma parti mill-ERA Natura 2000.
Jidher ukoll li fit-Tieni Gwerra Dinjija, dan l-għar intuża bħala xelter, hekk kif filwaqt li jinsab taħt l-art, għandu żewġ daħliet, u b’hekk kien ideali f’każ li waħda mid-daħliet tindradam mill-bombi.
Araw f’dan il-filmat x’sab eżatt Conrad f’dan l-għar ferm interessanti: