Bil-Filmat: “Il-Logħob Maħmuġ U Giddieb Ta’ Jason Azzopardi Għandu Jieqaf” – Il-Ministru Carmelo Abela
F’intervista ma’ Andrew Azzopardi fuq 103, il-Ministru Carmelo Abela u l-Membru Parlamentari Jason Azzopardi ddiskutew l-allegazzjonijiet li fl-aħħar jiem saru fil-konfront tal-Ministru Abela.
Wara l-intervista mad-Deputat Jason Azzopardi, Andrew Azzopardi kompla l-programm b’intervista mal-Ministru Carmelo Abela. Abela qal li “l-poplu diżgustat bil-logħob u l-gideb ta’ Jason Azzopardi” filwaqt li ċaħad kategorikament dawn l-allegazzjonijiet li fi kliemu huma “malafamanti u giddieba”. Rigward li każ ta’ xogħol li allegatament sar minn ħaddiema tal-gvern fir-residenza privata tal-Ministru fl-2015, huwa għal darba oħra ċaħad kategorikament. “Fil-Parlament tkellimt u poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra l-irċevuti kollha marbutin mal-każ,” qal Abela, filwaqt li nsista li mhux se jħalli min iħammiġlu ismu. Il-Ministru Carmelo Abela saħaq li ġaladarba jsir ġudizzju dwar dawn l-allegazzjonijiet, Jason Azzopardi għandu jirriżenja mill-kariga parlamentari tiegħu.
Ara x’qal l-Onorevoli Jason Azzopardi permezz ta’ dan l-artiklu jew il-filmat t’hawn taħt: