Bil-Filmat: “Il-Photoshoot Ta’ Miss Malta Saret Qabel Ir-Restrizzjonijiet”
L-Artiklu li ttella’ ftit tal-ħin ilu fejn kien qed jgħid li mudelli minn Miss Malta ħadu sehem f’photoshoot fejn anke kienu mingħajr maskra (fejn ovvjament biex isir make up bla maskra trid tkun), jidher li ttieħed qabel il-miżuri attwali tal-pandemija.
Id-direttur Kersten Borg tkellem magħna u nnutalna li saħansitra kien hemm nota li tgħid dan:
Special Notice: This shoot was taken place before the partial covid-19 lockdown. Miss Malta team took all precautions and measurements directed by the health authorities at that time.
Madankollu, xorta waħda mill-mudelli tellgħet filmati ftit jiem ilu ‘behind the scenes’ li wkoll ingħad, li dak huwa ‘throwback’.
Il-mudelli għandhom ikunu responsabbli tal-kitbiet u l-istejjer li jtellgħu għaliex jinħoloq paniku bla bżonn.
View this post on Instagram