Bil-Filmat: Iqaxxru Xagħar Iċ-Ċkejken Luca – Nħar Il-Ġimgħa Jkompli Bil-Kimoterapija
F’post li ttella’ mill-familjari taċ-ċkejken Luca li qed jissejjaħ ‘gwerrier’ (warrior), intqal li t-tabib kien sodisfatt għar-reazzjoni tat-trattament li qed isir fuq it-tifel.
Lil Luca qaxxrulu xagħaru għaliex diġà beda jitlef ħafna xagħar. F’filmat li ttella’, juri lil Luca jikkollabora daqs li kieku kien l-aqwa raġel matur. U hekk hu Luca; tifel li lest jiġġieled is-sitwazzjoni.
Inkiteb li nhar il-Ġimgħa li ġejja, ser jerġgħu jibdew is-sessjonijiet ta’ kimoterapija wara pawża ta’ erbat ijiem.
Filwaqt li rringrazzjaw lill-istaff mediku kollu, aċċennaw li Luca qed itiehom lezzjoni kuljum.
Jekk inti tixtieq tgħin lil luca, tista’ tagħmel dan billi tibgħat id-donazzjoni li tixtieq fuq:
REVOLUT : 99179497