Bil-Filmat: Ir-Russi Jipprotestaw Bi Ħġarhom Favur Navalny – Arrestati Mal-Elf Persuna
Ilbieraħ 21 t’April 2020, eluf ta’ Russi ħarġu jipprotestaw dwar il-fatt li l-Kap tal-Opożizzjoni Alexey Navalny spiċċa l-ħabs. Huma qed jitolbu li jinħeles.
Qed jgħidu li din hija inġustizzja kbira u li t-tmexxija huwa stil dittatorjali. Ħmistax ilu, Navalny għamel strajk tal-ġuħ u l-awtoritajiet ma ħallewx tabib jinviżtah. B’hekk saħħtu marret lura sew.
Ir-Russi qed jipprotestaw ukoll kontra l-Gvern ta’ Vladimir Putin li ftit ilu, għadu kif għadda liġi li tagħmel possibbli li hu jibqa’ President sas-sena 2036.
L-islogans li qed jgħajtu n-nies fil-protesta huma: Eħles lil Navalny, Ħallu t-tobba jinviżtawh u Putin warrab!
Il-protesti kienu fl-aqwa tagħhom fil-kapitali Russa; Moska kif ukoll fil-Belt ta’ San Pietruburgu.
Bħala simbolu tal-protesta qed jużaw papra tal-plastik.
Jidher li waqt il-protesti, il-pulizija wżaw xokkijiet elettriċi u arrestaw mal-elf persuna. Dan biex ibeżżgħu lin-nies u jżommuhom taħt kontroll.
(Il-filmat waslilna mingħand kollegi Russi ġurnalisti)