Bil-Filmat: “Kulħadd Irid Jilbes Il-Burka Bilfors” – Peppi Azzopardi

 Bil-Filmat: “Kulħadd Irid Jilbes Il-Burka Bilfors” – Peppi Azzopardi

Peppi Azzopardi jmur lura għal meta ftit tas-snin ilu kien hemm mara Maltija fil-panel ta’ Xarabank li tilbes il-Burka ta’ kuljum għal raġunijiet ta’ reliġjon. Dakinhar Peppi Azzopardi kien iddefenda d-dritt tal-għażla ta’ din il-mara, u fil-konfront ta’ dan irċieva ħafna kritika. Fost l-oħrajn kien hemm anki politiċi li qalu li dan l-ilbies m’għandux jintilbes fil-pubbliku minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

Fil-filmat t’hawn taħt, Azzopardi jinnota kif illum sar sigur li wieħed jgħatti wiċċi kollu sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-virus tal-Covid-19. Huwa jistqarr li hemm sens ta’ ipokrezija fil-fatt li issa bħal donnu sar sigur li wieħed jgħatti wiċċu, pero’ għal ħafna mhuwiex sigur li nisa Musulmani jgħattu wiċċhom meta jħossu li għandhom jagħmlu dan.

Peppi qal li meta qamet din il-kontroversja kien hemm uħud li qalu li martu Mandy għandha tibda tilbes il-Burka la huwa jaħseb hekk, u hu qal li hekk ġara, hekk kif minħabba l-pandemija llum trid toħroġ  mid-dar daqs li kieku liebsa l-Burka.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com