Bil-Filmat: L-Istorja Ta’ Meta L-Isqof T’Għawdex Sab Envelope B’€500 Ġo Fih

 Bil-Filmat: L-Istorja Ta’ Meta L-Isqof T’Għawdex Sab Envelope B’€500 Ġo Fih

L-Isqof t’Għawdex Anton Teuma, ilbieraħ irrakkonta storja mill-isbaħ dwar il-karità lil Mark Laurence Zammit, waqt il-programm televiżiv L-Erbgħa Fost Il-Gimgħa.

Huwa rrakkonta kif fi żmien il-Milied ta’ 4 jew 5 snin ilu kien qed jorganizza inizjattiva fil-paroċċa fejn jinġabru oġġetti u ikel mill-pubbliku sabiex jitqassmu fost dawk fil-bżonn. Huwa qal li waħda mill-helpers indunat li mal-oġġetti fil-qoffa kien hemm envelope li tpoġġa b’mod anonimu. Meta fetħu, dak iż-żmien Dun Anton, ra li l-envelope kien fih madwar €500, u mil-ewwel prova jaħseb f’min jista’ jkun li huwa l-aktar bżonn dawn il-flus. Wara ftit, ħaseb f’persuna li ħass li kellu jagħti dawn il-flus lilha.

Malli mar bil-flus għand din il-persuna hija staqsietu jekk dawk il-flus kienx sabhom taħt is-siġra tal-Milied, u huwa wieġeb iva. Il-mara wieġbitu li l-envelope kienet hi stess li poġġietu hemm, sabiex tgħin persuni li huma aktar fil-bżonn minnha.

L-Isqof Teuma qal li din l-istorja għallmitu ħafna dwar il-karità u saħaq li l-karità vera wieħed m’għandux jistenna sakemm isir sinjur sabiex jagħmilha.

L-Isqof ta’ Għawdex appella wkoll li l-karità għandha tkun stijl ta’ ħajja u wieħed m’għandux jistenna xi inizjattiva sabiex jagħmel il-ġid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com