Bil-Filmat: Mhux Veru Li Vażun Imkisser Irid Jibqa’ Mxaqqaq… Trid Biss Ftit Kuraġġ
Jingħad li ġaladarba vażun jinkiser, minkejja li tipprova tirranġah, ix-xaqq xorta jibqa’ hemm u l-vażun jibqa’ għal dejjem difettuż u qatt ma jerġa’ jiġi dak li kien. Dan japplika f’diversi ċirkustanzi oħrajn, bħal pereżempju f’relazzjoni. Jekk relazzjoni tinkiser minħabba raġunijiet serji bħall-infideltà, hemm minn jemmen li dik ir-relazzjoni qatt ma tista’ terġa’ tieħu r-ruħ. Iżda l-filosofija Ġappuniża tgħid mod ieħor. Jidher li l-mod kif jissewwa vażun fil-Ġappun jirrapreżenta l-mod kif persuni tista’ ssir anki aħjar milli qatt kienet qabel, wara li tgħaddi minn sitwazzjonijiet li tħoss li jkunu kissruha.
Dan il-filmat arah, għax se jbiddilek il-perspettiva tal-esperjenzji diffiċli li kellek f’ħajtek.