Bil-Filmat: “Minħabba L-Bullying Kont Waqaft Inkanta… Kont Naqla’ Ħafna Tgħajjir” – Celine

 Bil-Filmat: “Minħabba L-Bullying Kont Waqaft Inkanta… Kont Naqla’ Ħafna Tgħajjir” – Celine

Celine tkellmet fil-programm AWLA dwar l-esperjenza tagħha tal-bullying. Hija qalet li meta kienet iżgħar kellha channel ta’ YouTube fejn kienet ittella’ filmati tagħha tkanta. Hija qalet li meta kienet ittella’ dawn il-vidjows kienet taqla’ ħafna tgħajjir u b’hekk iddeċidiet li tagħlaq ic-channel u għamlet madwar 6 snin ma tkantax fil-pubbliku.

Wara sitt snin, għamlet ir-ritorn tagħha fix-xena tal-mużika meta ħadet sehem f’X-Factor. Hija qalet li matul din l-esperjenza kellha kemm ammiraturi u anki oħrajn li kienu jikkritikawha b’mod ħarex minħabba l-mod kif tidher, iżda hija għażlet li ma terġax tħalli dawn il-kummenti jaffettwawha psikoloġikament għaliex ma xtaqitx li titlef dak kollu li kienet kisbet.

Ara l-intervista ta’ Clara Farrugia ma’ Celine hawn:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com