Bil-Filmat: Persuni Fil-Faċilità korrettiva Ta’ Kordin Ħadmu Sepulkru…

Hekk kif ninsabu fil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, il-poplu Malti qajla jħalli dan iż-żmien jgħaddi mingħajr ma jiċċelebra kif dejjem għamel fil-passat, anke jekk qegħdin f’mument iebes ta’ pandemija.
Bil-ħsieb tar-restrizzjonijiet u anke kawtela, qed naraw kif bosta huma dawk li ħaddmu moħħhom u rrikorrew għall-midja soċjali u mod virtwali biex b’hekk, ikunu jistgħu jkomplu bix-xandiriet ġaladarba l-pubbliku ma jistax jinġema’ fi gruppi.
Mhux inqas, il-Faċilità korrettiva ta’ Kordin li llum wara nofsinhar, fit-15.00 se jxandru live quddies li fiha se tkun iċċelebrata t-twaqqif tal-Ewkaristija flimkien mal-persuni li qed jirrijabilitaw ruħhom, segwita minn adorazzjoni quddiem sepulkru li nħadem minnhom stess.