Bil-Filmat: Revved – ‘Reality Show’ Li Se Jibdel L-Istigma Tal-Karozzi

 Bil-Filmat: Revved – ‘Reality Show’ Li Se Jibdel L-Istigma Tal-Karozzi

Filmmakers indipendenti ilha taħdem għal din l-aħħar sena fuq reality show ġdid tal-karozzi bil-mira li jeleva l-kwalità tal-programmi televiżivi lokali.

‘Revved’ ser jipprova jibdel l-istigma li l-produzzjonijiet Maltin neqsin mill-valur ċinematografiku kif ukoll joffri mezz differenti ta’ divertiment lill-udjenza Maltija.

L-imħuħ wara ‘Revved’ jagħmlu parti minn ‘MF Studios’, immexxieha minn Matthew Cesareo (Overdrive) u Fabian Azzopardi li ddeċidew jibdew din l-avventura flimkien sabiex ikollhom spazju fejn il-kreattivita tagħhom tkun tista’ tiġi ikkultivata u qed jissieħbu ma’ freelancers fejn joffrulhom pjattaforma differenti biex juru l-kapaċitajiet tagħhom u jesprimu ruħom b’ċertu libertà.

‘Revved’ ser jaqleb l-idea ta’ taħt fuq dwar programm fuq is-sewqan u l-karozzi. Kull episodju ser jikkonsisti minn sfidi, dokumentarji żgħar u intervisti ma’ persuni u dilettanti mix-xena lokali. Minbarra dan, il-programm ser ikun iffukat fuq il-karattri tal-preżentaturi u r-relazzjoni ta’ bejniethom b’elementi komiċi.

Is-sensiela ser tuża talent mill-aqwa wara l-kwinti biex joħloq esperjenza ċinematografika sabiex l-udjenza tiġi mistagħġba bl-isbuħija tal-vetturi, kif ukoll ta’ pajjiżna.

‘Revved’ ser jibda’ jintwera f’Settembru fuq ONE TV kif ukoll fuq Youtube. In- nies wara din il-biċċa xogħol jixtiequ li jkunu ta’ ispirazzjoni għall-dawk li jixtiequ jimxu wara l-passi tagħhom, biex jieħdu ċans f’din l-industrija u jkollhom post fejn ikunu kreattivi u jiżvilupaw it-talenti tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com