Bil-Filmat: Żagħżugħ Jixxabbat 3 Sulari Biex Jieħu Ritratt
![Bil-Filmat: Żagħżugħ Jixxabbat 3 Sulari Biex Jieħu Ritratt](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/04/Screen-Shot-2021-04-23-at-12.46.jpg)
Filmat ippublikat fuq il-midja soċjali juri tliet żgħażagħ fuq il-bejt tas-sit fejn kienet il-lukanda Jerma f’Marsaskala, b’wieħed miż-żgħażagħ jixxabbat għoli ta’ 3 sulari biex jeħdulu ritratt waqt li qed jixxabbat.
Dan huwa periklu serju li jwassal għal diversi inċidenti u f’dan l-istess sit abbandunat fl-aħħar snin diġa kien hemm numru ta’ inċidenti.