Bil-Filmat: Żwieġ U Kanzunetta Bl-Isfond Ta’ Vulkan Jiżbroffa

 Bil-Filmat: Żwieġ U Kanzunetta Bl-Isfond Ta’ Vulkan Jiżbroffa

Il-vulkan Fagradalsfjall fl-Islanda ilu għal dan l-aħħar xahar jiżbroffa. L-ewwel żbroff f’iktar minn 800 sena.

Filwaqt li ħafna żaru l-post biex jaraw ix-xeni spettakolari, ħaddieħor kellu ideat iktar speċifiċi għal dan l-avveniment naturali.

Il-grupp mużikali Kaleo ħatfu l-opportunità sabiex jiġbdu live performance tal-kanzunetta Skinny bl-isfond tal-vulkan jiżbroffa.

Spjegaw li pruvaw jaslu fejn il-vulkan b’helicopters iżda dawn ikkanċellaw. L-istess ġara wara li krew vetturi iktar robusti għall-ambjent li kienu sejrin fih, bil-konsegwenza li kellhom imorru fuq il-post bil-mixi.

Intant, il-koppja Jónsi u Sumarliði ddeċidew li jiżżewġu biswit l-iżbroff tal-vulkan Fagradalsfjall. Oriġinarjament kellhom jiżżewġu fil-5 ta’ Settembru 2020, iżda minħbba l-COVID-19 kellhom jistennew. L-istennija ħadet fit-tul, filwaqt li ma kellhom xejn pjanat.

F’Marzu, il-wedding planners issuġġerew li jagħmlu ċ-ċerimonja ħdejn il-vulkan. Għall-ewwel kienu maħsuda li jagħmluha fi żmien qasir, iżda qablu li ssir. F’temp ta’ ħamest ijiem irranġaw għal kollox.

 

L-istess bħal fil-każ tal-grupp Kaleo, il-grupp kollu kellu jimxi lejn il-post, u filwaqt li għall-ewwel il-kundizzjonijiet ma kienux favorevoli, b’xorti tajba ħarġet ix-xemx kif waslu fuq il-post, u hemmhekk iżżewġu quddiem il-vulkan.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com