Binhom Imut Bil-COVID-19. Jgħidu Li Dan Ġara Minħabba Traskuraġni.

 Binhom Imut Bil-COVID-19. Jgħidu Li Dan Ġara Minħabba Traskuraġni.

Jessika Ricarte irrakuntat ma’ BBC l-istorja li għaddiet minnha l-familja tagħha wara li binha miet b’kumplikazzjonijiet relatati mal-COVID-19.

F’Mejju li għadda Ricarte ssuspettat li xi ħaġa kienet ħażina meta binha tilef l-aptit li jiekol. Wara xi ftit jiem huwa mbagħad żviluppa deni, għeja u problemi fin-nifs, u għalhekk Jessika ħaditu l-isptar, u talbet li jiġi ttestjat għal Covid. It-tifel kellu ossignu ta’ 86%, li huwa livell baxx, iżda it-tabib xorta waħda għażel li ma jagħmilx it-test tal-COVID-19 għaliex saħaq li l-COVID-19 fit-tfal huwa rari u s-sintom ma kinux allarmanti.

Ma’ BBC Jessika Ricarte qalet li hija tkellmet u bagħtet filmati sabiex turi l-kundizzjoni ta’ binha lil diversi membri tal-familja, iżda lkoll qalulha li kienet qed tiffissa. “Jienkont naf li ibni ma kienx bħas-soltu, li ma kienx qed jieħu n-nifs b’mod normali”, qalet Ricarte.

Wara diversi jiem it-tifel, Lucas, beda jtella’ dak kollu li jiekol u Jessica reġgħet ħaditu lejn l-isptar. Din id-darba sarlu test tal-COVID-19 li rriżulta pożittiv. Kawża tal-virus huwa kellu infjammazzjoni b’diversi organi. Huwa kellu jiġu ntubat għall-ossignu, waqt li kien qed jinżamm fit-taqsima tal-kura intensiva tat-tfal. It-tobba kien sorpriżi bil-kundizzjoni ħażina ta’ Lucas, hekk kif huwa ma kellu ebda kundizzjonijiet oħrajn eżistenti.

Lucas qatta’ 33 jum fl-ICU u ommu setgħet tidħol tarah biss tlett darbiet. Hekk kif it-tifel beda jaqleb għall-aħjar it-tobba ddeċidew li jneħħulu t-tubu tal-ossiġnu u ftit wara għamlu telefonata bil-vidjow mal-ġenituri tiegħu sabiex jarawh filwaqt li kien qed jerġa’ jiġi f’sensih. Meta ra lil ommu u missieru Lucas beda jibki. Wara ftit jiem Lucas ma baqax jirreaġixxi u fit-telefonata bil-vidjow li jmiss huwa deher ċass u mingħajr reazzjonijiet. Minkejja kollox, it-tobba assigurawhom li binhom kien ser jirkupra ftit ftit.

Mat-33 lejl, Jessika marret torqod biċ-ċellulari tagħha silent. Hija qalet li ħolmot ħolma mill-isbaħ fejn rat lil binha ħdejha, jbusha fuq imnieħerha. Hija rrakuntat kif filgħodu qamet ferħana u fil-paċi, iżda fil-pront rat 10 missed calls mill-isptar. Dakinhar qalulha li binha esperjenza livelli ta’ ossiġnu baxxi ħafna u miet kmieni filgħodu.

Minkejja li l-każi fatali ta’ COVID-19 fit-tfal huma rari, jidher li fil-Brażil xorta waħda qed ikun hemm diversi mwiet fiż-żgħar, saħansitra fost it-trabi. Infatti sa issa mietu 1300 tarbija fil-Brażil minħabba li kienu pożittivi għall-COVID-19. Jessika Ricante tinsisti li l-fatt li fil-Brażil mhux isiru testijiet biżejjed tal-COVID-19 qed iwassal għal dawn iċ-ċirkustanzi. Hija qalet li fiż-żmien meta binhom kien marid ma kellix l-għażla li tagħmel it-test fi klinika privata, u b’hekk kienet tiddependi kompletament mid-deċiżjoni tat-tabib.

Ritratti: BBC 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com