Bir-Ritratti: F’Sibt Il-Għid Qassmu Ikliet Lill-Familji Li Qed Jgħixu Fil-Faqar

 Bir-Ritratti: F’Sibt Il-Għid Qassmu Ikliet Lill-Familji Li Qed Jgħixu Fil-Faqar

L-Avukat Chris Bonett organizza l-inizjattiva Bukkun mill-Qalb, fejn propju lbieraħ, f’Sibt il-Għid, tqassmu numru ta’ ikliet bnini preparati minn risortanti Maltin lil familji li jgħixu fl-irħula ta’ Raħal Ġdid, Ħal Tar­xien u Santa Luċija u li bħalissa għaddejin minn mument finanzjarju diffiċli.

L-ikliet nġabru mill-Avukat Bonett u t-tim tiegħu minn numru ta’ ristoranti lokali, iżda mbagħad tqassmu mill-kappillani ta’ dawn it-tlett lokalitajiet.

Żmien il-pandemija wassal sabiex aktar familji qed jgħixu sitwazzjoni prekarja. L-Avukat Chris Bonett qal li dawn iċ-ċirkustanzi ħeġġewh sabiex jagħmel xi ħaġa sabiex itaffi mit-tbatijiet ta’ diversi familji li jiltaqa’ magħhom.

B’hekk huwa għamel kuntatt ma’ xi sidien ta’ ristoranti sabiex ituh daqqa t’id biex jagħmel din il-ħolma realtà. Huwa sab l-appoġġ ta’ diversi ristoranti, u b’hekk ilbieraħ, ħafna familji spiċċaw il-jum tagħhom b’ikla tajba li twasslet lilhom mill-Kappillan tal-lokal tagħhom.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com