Bosta Maħsuda Bil-Mewt Għall-Għarrieda Ta’ Għalliem Maħbub Fil-Kulleġġ San Benedittu

Bosta, l-aktar studenti u għalliema huma maħsuda għall-mewt mhux mistennija tal-għalliem Johan Micallef li kien jgħallem fil-Kulleġġ San Benedittu.
Fuq il-midja soċjali s-Surmast tal-iskola ta’ Micallef kiteb u qal li din kienet telfa mhux mistennija.
F’kitba fuq Facebook Adrian Galea li huwa kollega ta’ Micallef qal li l-komunità tal-iskola nħasdet għal din l-aħbar kerha u mhux mistennija.
Huwa qal li n-nuqqas tiegħu se jinħass fost l-għalliema kif ukoll fost l-istudenti li kien jgħallem.