Brian Tonna Jgħid Li Ma Kienx Konrad Mizzi Li Tah L-Ismijiet Tal-Kumpaniji

 Brian Tonna Jgħid Li Ma Kienx Konrad Mizzi Li Tah L-Ismijiet Tal-Kumpaniji

Waqt il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, l-eks managing partner ta’ Nexia BT Brian Tonna qal li l-eks Ministru Konrad Mizzi qatt ma tah l-ismijiet tal-kumpaniji 17 Black u Macbridge biex ikunu nkluża bħala klijenti tal-kumpaniji li Mizzi kellu fil-Panama.

Tonna qal li din ma kinitx l-għażla tiegħu, iżda ma kienx Mizzi li tah l-ismijiet, filwaqt li ma speċifikax min kien tahom.

Waqt l-istess Kumitat, Tonna rrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet li kellhom x’jaqsmu mal-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Dan sar fuq parir tal-avukat tiegħu Stephen Tonna Lowell, li informa lill-kumitat li r-relazzjoni bejn Tonna u Schembri kienet suġġetta għal proċeduri li għaddejjin fil-Qorti.

Tonna ssejjaħ mill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi biex jixhed fuq l-involviment tiegħu fil-proġett tal-Electrogas, fejn kien mistoqsi fuq ir-relazzjoni tiegħu mal-eks Ministru Konrad Mizzi.

Ritratt: The Malta Independent

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com