Camilleri Jgħid Li L-ONE Sar Fossa – Micallef Iwieġeb

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri qal li l-PM Abela “mhuwhiex interessat jaħdem miegħi u ma’ nies bħali.” Dan f’messaġġ twil fuq il-midja soċjali.
Camilleri tenna li l-problema hija kif issir il-politika u l-ekonomija f’Malta. Qal ukoll: “Il-ONE sar fossa, fejn il-falsità tkun ripetuta kuljum”.
Għal dan il-kumment, wieġeb Jason Micallef fejn kiteb min jista’ jieħu bis-serjetà lil Mark Camilleri li fi kliemu stess “Sakranazz u li jagħti fastidju lin-nies fit-triq bħalma għamel sal-ġimgħa l-oħra stess”.